Esperjenza fiż-ŻAK

Iż-ŻAK (Żgħażagħ Azzjoni Kattolika) għalija ma tfissirx biss organizzazzjoni li tieħu ħsieb l-formazzjoni taż-żgħażagħ iżda tfisser: familja. Ilni membru f’din l-għaqda madwar 10 snin.

Wara ftit li bdejt nattendi l-laqgħat ta’ formazzjoni, bdejt ukoll immexxi grupp ta’ żgħażagħ flimkien ma’ leaders oħra permezz tat-taħriġ offrut mill-istess għaqda. Tajt u għadni nagħti sehmi f’ħafna attivitajiet:

  • b’mod lokali fil-laqgħat ta’ kull ġimgħa u sensiela ta’ exchanges ma’ gruppi barranin,
  • fuq livell nazzjonali f’Kamp Sajf ta’ kull sena għall-membri kollha tal-għaqda,
  • internazzjonalment fi programmi tal-UE li jitkellmu fuq temi partikolari li ż-ŻAK tkun affettwata jew li tkun interessata fihom.

Inħoss li ż-ŻAK għeninti f’diversi modi. Inħossni kbirt u nbidlt bħala persuna, akkwistajt ċertu ħiliet li nuża fix-xogħol tiegħi u fil-ħajja ta’ kuljum. Meta nħares lura, nara li rċevejt ħafna mingħand il-leaders u l-membri stess u għadni nħossni f’obbligu sal-lum il-ġurnata li nkompli nagħti minn dak li għandi u tgħallimt lil ta’ warajja.

Nemmen fl-għaqda ŻAK u f’oħrajn simili, għax naf li toħloq sens ta’ sfida fuq il-persuna b’mod dirett u indirett, per eżempju f’li titgħallem kif taħdem mal-oħrajn, toħroġ mill-qoxra tiegħek, tfittex opportunitajiet ġodda, tikber spiritwalment u tinbidel għal persuna aħjar.

Photo credit: Simon Borg

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *